Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għanja 137

Għinna nxandru bil-qlubija

Għinna nxandru bil-qlubija

Niżżel:

(Atti 4:29)

  1. Meta nxandru dwar is-​Saltna,

    Waqt li nfaħħru ’l ismek kbir,

    Spiss insibu ’l min jopponi

    U jkellimna bi tmaqdir.

    Min-​nies nibżgħu m’għandna qatt,

    Imma nobduk u nagħmlu l-​qalb.

    Nitolbuk tagħtina l-​ispirtu;

    O Jah, ismaʼ tagħna it-​talb.

    (KOR)

    Għinna nxandru bil-​qlubija;

    Għinna negħlbu il-​beżgħat.

    U l-​kuraġġ għinna ħa nrabbu

    Ħalli nxandru lil kulħadd.

    Armageddon toqrob kuljum,

    Imma sa ma jasal dal-​jum

    Għinna nxandru bil-​qlubija.

    Dan nitolbuk.

  2. Mit-​trab taf li inti ħlaqtna;

    Ġieli nkunu beżgħanin:

    Inti twiegħed l-​appoġġ tiegħek.

    Minnek dejjem megħjunin.

    Ismaʼ it-​theddid taʼ dawk

    Li ʼl-​poplu tiegħek jobogħduh.

    Għinna bil-​qlubija inkomplu

    ’L ismek tant glorjuż inxandruh.

    (KOR)

    Għinna nxandru bil-​qlubija;

    Għinna negħlbu il-​beżgħat.

    U l-​kuraġġ għinna ħa nrabbu

    Ħalli nxandru lil kulħadd.

    Armageddon toqrob kuljum,

    Imma sa ma jasal dal-​jum

    Għinna nxandru bil-​qlubija.

    Dan nitolbuk.

(Ara wkoll l-​1 Tess. 2:2; Ebr. 10:35.)