Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Bibbja x’tgħid?

Il-Bibbja x’tgħid?

Ir-​reliġjon ġiet ivvintata mill-​bniedem?

XI NIES JEMMNU li r-​reliġjon hi invenzjoni umana; oħrajn jaħsbu li Alla juża r-​reliġjon biex tgħin lin-​nies jersqu lejh. Int x’taħseb?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Hemm “qima li hi nadifa u bla tinġis mill-​ħarsa t’Alla tagħna u Missierna.” (Ġakbu 1:27) Reliġjon pura, jew vera, tiġi minn Alla.

XI ĦAĠA OĦRA LI NITGĦALLMU MILL-​BIBBJA

  • Biex togħġob lil Alla, reliġjon għandha tkun ibbażata fuq il-​verità tal-​Bibbja.—Ġwanni 4:23, 24.

  • Reliġjonijiet ibbażati fuq ideat umani huma bla siwi.—Marku 7:7, 8.

Hemm bżonn tagħmel parti minn reliġjon?

INT X’TGĦID?

  • Iva

  • Le

  • Jiddependi

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

“Ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-​laqgħat tagħna flimkien.” (Ebrej 10:24, 25) Alla jrid li l-​aduraturi tiegħu jinġabru flimkien bħala grupp organizzat.

XI ĦAĠA OĦRA LI NITGĦALLMU MILL-​BIBBJA

  • Dawk li jqimu lil Alla flimkien għandhom ikunu magħqudin fit-​twemmin.—1 Korintin 1:10, 11.

  • Membri tar-​reliġjon li Alla japprova jifformaw fratellanza madwar id-​dinja.—1 Pietru 2:17.