Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBQAʼ ATTENT!

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova u l-Olokawst—X’Tgħid il-Bibbja?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova u l-Olokawst—X’Tgħid il-Bibbja?

 Fis-27 taʼ Jannar 2023, ħafna nies se jfakkru l-International Holocaust Remembrance Day. L-affarijiet koroh li ġraw iktar minn 75 sena ilu jistgħu jġegħluk taħseb għala Alla ħalla l-Olokawst jiġri.

 In-nies Lhud batew ħafna minħabba l-Olokawst. Miljuni minnhom inqatlu apposta u b’modi ppjanati minn qabel. F’dak iż-żmien, membri taʼ gruppi oħra wkoll ġew trattati ħażin ħafna u maqtulin. Uħud minnhom kienu x-Xhieda taʼ Ġeħova li ġew ippersegwitati minħabba li jemmnu f’dak li tgħid il-Bibbja.

“Futur u tama”

 Ħafna nies jibżgħu li xi ħaġa bħall-Olokawst tistaʼ terġaʼ tiġri. Imma l-Bibbja twegħedna li fil-futur mhux se jkun hemm iktar affarijiet koroh.

  •   “‘Għax jien naf il-ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara, sabiex nagħtikom futur u tama.ʼ”—Ġeremija 29:11. a

 Dan se jiġri meta Alla Ġeħova jneħħi l-ħażen kollu u l-ħsara li jġib miegħu. Dalwaqt hu se:

 Int tistaʼ temmen din it-tama sabiħa li hemm miktub fil-Bibbja. Biex issir taf għala, nistidnuk biex tipprova studju tal-Bibbja b’xejn.

a Ġeħova hu l-isem t’Alla.—Salm 83:18.