Mur fil-kontenut

Għala Għandek Titlob? Se Jwiġibni Alla?

Għala Għandek Titlob? Se Jwiġibni Alla?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Iva, se jwieġbu. Kemm il-Bibbja kif ukoll esperjenzi reali juru li Alla jwieġeb it-talb. Il-Bibbja tgħid: “[Alla] se jwettaq ix-xewqa taʼ dawk li jibżgħu minnu, u se jismaʼ l-għajta tagħhom għall-għajnuna u jsalvahom.” (Salm 145:19) Imma jekk Alla jismax lilek meta titlob jiddependi ħafna minnek.

Dak li hu importanti għal Alla

  •   Nitolbu lil Alla, mhux lil Ġesù, lil Marija, il-qaddisin, l-anġli, jew ix-xbihat. Alla Ġeħova biss hu “Semmiegħ it-talb.”—Salm 65:2.

  •   Nitolbu fi qbil mar-rieda, jew il-ħtiġijiet, t’Alla, li jinsabu fil-Bibbja.—1 Ġwanni 5:14.

  •   Nitolbu f’isem Ġesù, nirrikonoxxu l-awtorità tiegħu. Ġesù qal: “Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.”—Ġwanni 14:6.

  •   Nitolbu bil-fidi, u jekk ikun hemm bżonn nitolbu għal iktar fidi.—Mattew 21:22; Luqa 17:5.

  •   Inkunu umli u sinċieri. Il-Bibbja tgħid: “Ġeħova fl-għoli, u madankollu lill-umli jarah.”—Salm 138:6.

  •   Inkunu persistenti. Ġesù qal: “Ibqgħu itolbu, u jingħatalkom.”—Luqa 11:9.

Dak li mhuwiex importanti għal Alla

  •   Ir-razza jew in-nazzjonalità tiegħek. “Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-sewwa hu aċċettat minnu.”—Atti 10:34, 35.

  •   Il-qagħda jew il-pożizzjoni fiżika tiegħek. Tistaʼ titlob lil Alla bilqiegħda, b’rasek baxxuta, għarkopptejk, jew bilwieqfa.—1 Kronaki 17:16; Neħemija 8:6; Danjel 6:10; Marku 11:25.

  •   Jekk titlobx b’vuċi għolja jew f’qalbek. Alla jwieġeb saħansitra talb li jingħad fil-qalb u li oħrajn ma jkunux jafu bih.—Neħemija 2:1-6.

  •   Jekk dak li jinkwetak hux taʼ importanza jew le. Alla jħeġġek biex ‘titfaʼ l-ansjetà kollha tiegħek fuqu, għax hu jimpurtah minnek.’—1 Pietru 5:7.