Mur fil-kontenut

X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?

X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Il-mistoqsija dwar l-iskop tal-ħajja tistaʼ titpoġġa b’ħafna modi, bħal ngħidu aħna, Għala qegħdin hawnhekk? jew Ħajti għandha sinifikat? Il-Bibbja turi li l-iskop tagħna fil-ħajja hu li nibnu ħbiberija m’Alla. Ikkunsidra xi ftit minn dawn il-veritajiet fundamentali li tirrivela l-Bibbja.

  •   Alla hu l-Ħallieq tagħna. Il-Bibbja tgħid: “Hu [Alla] li għamilna, u mhux aħna nfusna.”—Salm 100:3; Rivelazzjoni 4:11.

  •   Alla għandu skop għal kulma joħloq, inkluż għal bnedmin.​—Isaija 45:18.

  •   Alla ħalaqna bi “bżonn spiritwali,” li jinkludi x-xewqa li nsibu l-iskop tal-ħajja. (Mattew 5:3) Hu jridna naqtgħu dik ix-xewqa.​—Salm 145:16.

  •   Aħna nissodisfaw il-bżonn spiritwali tagħna billi nibnu ħbiberija m’Alla. Għalkemm għal xi wħud l-idea li jsiru ħbieb t’Alla tistaʼ tidher impossibbli, il-Bibbja tagħtina dan l-inkuraġġiment: “Ersqu qrib lejn Alla, u hu jersaq qrib lejkom.”—Ġakbu 4:8; 2:23.

  •   Biex insiru ħbieb t’Alla, irridu ngħixu fi qbil mal-iskop li hu għandu għalina. Il-Bibbja tgħid x’inhu dan l-iskop f’​Ekkleżjasti 12:13: “Ibżaʼ minn Alla, u ħares il-kmandamenti tiegħu: għax dan hu d-dmir taʼ kull bniedem.”​—Il-Bibbja Mqaddsa taʼ Karm Żammit.

  •   Fil-futur, nistgħu nesperjenzaw bis-sħiħ l-iskop oriġinali li Alla għandu għalina meta hu se jneħħi t-tbatija u jagħti l-ħajja taʼ dejjem lil ħbiebu, jiġifieri, lil dawk li jqimuh.—Salm 37:10, 11.