Mur fil-kontenut

Għala Għandna Nitolbu f’Isem Ġesù?

Għala Għandna Nitolbu f’Isem Ġesù?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Għandna nitolbu f’isem Ġesù għax dan hu l-uniku mod li Alla approva għalina biex navviċinaw Lilu. Ġesù qal: “Jien it-triq, il-verità, u l-ħajja. Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.” (Ġwanni 14:6) Lill-appostli leali tiegħu, Ġesù qalilhom ukoll: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk titolbu xi ħaġa lill-Missier f’ismi, jagħtihielkom.”—Ġwanni 16:23.

Iktar raġunijiet għala għandna nitolbu f’isem Ġesù

  •   Nonoraw lil Ġesù u lil Missieru, Alla Ġeħova.—Filippin 2:9-11.

  •   Nuru li napprezzaw il-mewt taʼ Ġesù bħala l-provvediment minn Alla għas-salvazzjoni tagħna.—Mattew 20:28; Atti 4:12.

  •   Nirrikonoxxu l-irwol uniku taʼ Ġesù bħala Medjatur bejn Alla u l-bnedmin.—Ebrej 7:25.

  •   Nirrispettaw is-servizz taʼ Ġesù bħala l-Qassis il-Kbir li jistaʼ jgħinna niksbu reputazzjoni tajba m’Alla.—Ebrej 4:14-16.