Mur fil-kontenut

Alla Huwa Trinità?

Alla Huwa Trinità?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Ħafna denominazzjonijiet Kristjani jgħallmu li Alla huwa Trinità. Iżda, innota x’tgħid enċiklopedija: “La l-kelma Trinità u lanqas id-duttrina espliċita ma jidhru fit-Testment il-Ġdid . . . Id-duttrina żviluppat bil-mod il-mod mal-medda tas-sekli u fost ħafna kontroversji.”—Encyclopædia Britannica.

 Fil-fatt, l-Alla tal-Bibbja qatt mhu deskritt bħala li hu parti minn Trinità. Innota x’jgħidu dawn is-siltiet Bibliċi:

 “Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed.”—Dewteronomju 6:4.

 “Int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.”—Salm 83:18.

 “Il-ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”—Ġwanni 17:3.

 “Alla hu wieħed biss.”—Galatin 3:20.

 Ħafna mid-denominazzjonijiet Kristjani, għala jgħidu li Alla hu Trinità?