Mur fil-kontenut

Intom Għala Tissejħu Xhieda taʼ Ġeħova?

Intom Għala Tissejħu Xhieda taʼ Ġeħova?

 Ġeħova huwa l-isem persunali t’Alla, kif jinsab fil-Bibbja. (Eżodu 6:3; Salm 83:18) Xhud hu individwu li jistqarr twemmin jew veritajiet li dwarhom ikun konvint.

 B’hekk, l-isem tagħna, Xhieda taʼ Ġeħova, jidentifikana bħala grupp taʼ Kristjani li jistqarru l-verità dwar Ġeħova, il-Ħallieq taʼ kollox. (Rivelazzjoni 4:11) Aħna nagħtu xhieda lin-nies bil-mod kif ngħixu ħajjitna u billi naqsmu magħhom dak li nkunu tgħallimna mill-Bibbja.—Isaija 43:10-12; 1 Pietru 2:12.