Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Tagħmillek Differenza Jekk Jeżistix Ħallieq?

Tagħmillek Differenza Jekk Jeżistix Ħallieq?

Għala tagħmel differenza f’ħajtek jekk jeżistix Ħallieq? Jekk l-​evidenza tikkonvinċik li Alla jeżisti, jaf tkun trid tara l-​evidenza li l-​Bibbja vera ġejja mingħandu. U jekk vera tafda dak li tgħid il-​Bibbja, tistaʼ tgawdi l-​benefiċċji li ġejjin.

Se jkollok ħajja iktar ferħana

X’TGĦID IL-​BIBBJA: “[Alla] għamel it-​tajjeb u takom ix-​xita mis-​sema u l-​istaġuni tal-​frott u mlielkom qlubkom għalkollox bl-​ikel u bil-​ferħ.”—Atti 14:17.

XI JFISSER GĦALIK: Kull ħaġa li tgawdi fin-​natura hija rigal mingħand il-​Ħallieq. Int se tapprezzahom iżjed dawn l-​affarijiet meta tkun taf kemm jimpurtah minnek dak li tahomlok.

Se ssib pariri tajbin li jgħinuk f’ħajtek

X’TGĦID IL-​BIBBJA: Se “tifhem is-​sewwa u l-​ġustizzja u dak li hu rett, kulma għandek tagħmel biex timxi tajjeb.”—Proverbji 2:9.

XI JFISSER GĦALIK: Peress li ħalqek, Alla jaf eżatt x’għandek bżonn biex tkun ferħan. Meta taqra l-​Bibbja, se titgħallem ħafna affarijiet li se jgħinuk f’ħajtek.

Se ssib tweġibiet għall-​mistoqsijiet li għandek

X’TGĦID IL-​BIBBJA: Se “ssib l-​għarfien t’Alla.”—Proverbji 2:5.

XI JFISSER GĦALIK: Meta ssir taf li jeżisti Ħallieq, se jgħinek issib tweġibiet għal mistoqsijiet importanti ħafna, bħal: Għaliex qed ngħixu? Għala hawn ħafna tbatija? X’jiġrilna meta mmutu? Mill-​Bibbja tistaʼ ssib tweġibiet li jagħmlu sens.

Se jkollok tama għall-​futur

X’TGĦID IL-​BIBBJA: “‘Jien naf il-​ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara, sabiex nagħtikom futur u tama.’”—Ġeremija 29:11.

XI JFISSER GĦALIK: Alla jwiegħed li fil-​futur se jneħħi l-​ħażen, it-​tbatija, u anke l-​mewt. Meta tafda fil-​wegħdi t’Alla, it-​tama li għandek għall-​futur tgħinek tiffaċċja l-​problemi li għandek bil-​kuraġġ.