Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Iċ-​ċellula tal-​ħmira hi kkumplikata ħafna. Fin-​nofs taʼ kull ċellula hemm id-​DNA. Kull ċellula għandha mod kif tbiddel is-​sustanzi f’enerġija ħalli tibqaʼ tgħix.

X’Nistgħu Nitgħallmu minn Affarijiet Ħajjin

X’Nistgħu Nitgħallmu minn Affarijiet Ħajjin

Madwarna hemm ħafna affarijiet li jikbru, jiċċaqalqu, u jiżdiedu. Dawn jagħmlu l-​pjaneta tagħna isbaħ. Illum in-​nies jafu iżjed fuq dawn l-​affarijiet iktar minn qatt qabel. Dawn l-​affarijiet x’juruna dwar minn fejn bdiet il-​ħajja? Aħseb dwar dan li ġej.

L-​affarijiet ħajjin juru li ġew iddisinjati. L-​affarijiet ħajjin huma magħmulin miċ-​ċelluli. Kull ċellula trid tagħmel ħafna affarijiet ikkumplikati biex il-​ħaġa ħajja tibqaʼ tgħix u tiżdied. Dan jiġri anke f’affarijiet li jidhru żgħar u sempliċi. Pereżempju, kull ċellula fil-​ħmira, li tintuża biex tagħmel il-​ħobż, hi xi ħaġa żgħira ħafna u ħajja. Meta tqabbel iċ-​ċellula tal-​ħmira maċ-​ċellula taʼ bniedem, tistaʼ tidher li hi sempliċi. Imma hi kkumplikata ħafna. Fin-​nofs taʼ kull ċellula, hemm id-​DNA. Kull ċellula għandha mod kif tbiddel is-​sustanzi f’enerġija ħalli tibqaʼ tgħix. Jekk ma jkunx hemm enerġija, iċ-​ċellula tibda taħdem bil-​mod sakemm tieqaf, bħallikieku torqod. Għalhekk il-​ħmira tistaʼ żżommha fil-​kċina għal żmien twil, u meta tiġi biex tagħmel il-​ħobż terġaʼ tibda taħdem.

Ix-​xjentisti ilhom ħafna snin jistudjaw iċ-​ċelluli tal-​ħmira biex jifhmu iżjed iċ-​ċelluli tan-​nies. Però għad hemm ħafna affarijiet li ma jifhmux. Ross King, professur f’Chalmers University of Technology fl-​Iżvezja, jgħid: “Lanqas hawn biżżejjed xjentisti biex jagħmlu l-​esperimenti ħalli nifhmu kif taħdem il-​ħmira.”

Meta taħseb dwar kemm hi kkumplikata ċellula żgħira bħal tal-​ħmira, taħseb li ġiet iddisinjata minn xi ħadd? Taħseb li din iċ-​ċellula setgħet ġiet mix-​xejn?

Kull ħaġa ħajja fiha DNA. Id-​DNA hi magħmula mill-​molecules li jisimhom nucleotides. Kull ċellula fiha 3.2 biljun nucleotide. Dawn in-​nucleotides qegħdin f’disinn partikolari biex jgħidu liċ-​ċellula kif tagħmel l-​enzymes u l-​proteini.

Ix-​xjentisti jgħidu li ċ-​ċans li dawn in-​nucleotides jingħaqdu flimkien weħidhom biex jagħmlu DNA hu taʼ 1 f’10150 (1 b’150 zero warajh). Tant ma jistax jiġri li huwa kważi impossibbli.

L-​esperimenti tax-​xjentisti juru li l-​ħajja ma tistax tiġi minn xi ħaġa li mhux ħajja.

M’hawnx ħajja bħal dik tal-​bnedmin. Aħna l-​bnedmin magħmulin li nistgħu nieħdu pjaċir bil-​ħajja. Il-​bnedmin biss huma magħmulin b’dal-​mod. Il-​bnedmin huma kreattivi, jikkomunikaw maʼ xulxin, u jesprimu lilhom infushom aħjar minn kull ħaġa ħajja oħra. Aħna nieħdu pjaċir intiegħmu, inxommu, nisimgħu, u naraw kuluri differenti. U aħna nippjanaw x’se nagħmlu fil-​futur u nfittxu għala qed ngħixu.

Taħseb li dawn l-​affarijiet evolvew fina għax għandna bżonnhom biex nibqgħu ħajjin? Jew juru li l-​ħajja hi rigal mingħand Ħallieq li jħobbna?